30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2015 – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-465/15)

(2015/C 398/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Domanda preliminari

It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), għandu jiġi interpretat, fir-rigward tal-proċess ta’ sħana għolja għall-produzzjoni ta’ metall mhux ipproċessat, fis-sens li l-kurrent li jdawwar il-fannijiet turbo għandu, huwa stess, jitqies li huwa kurrent użat prinċipalment għat-tnaqqis tal-kimika?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).