16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Awwissu 2015 – Regione autonoma della Sardegna vs Comune di Portoscuso

(Kawża C-449/15)

(2015/C 381/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regione autonoma della Sardegna

Konvenut: Comune di Portoscuso

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 49, 59 u 106 tat-Trattat TFUE, kif ukoll il-prinċipju ta’ raġonevolezza inkluż fihom, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, minħabba interventi leġiżlattivi suċċessivi, tistabbilixxi l-estensjoni ripetuta tat-terminu ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet ta’ beni li jappartjenu lill-Istat fir-rigward tas-settur marittimu, tal-għadajjar u tax-xmajjar, ta’ rilevanza ekonomika, li t-tul tagħha jiżdied permezz ta’ liġi għal mill-inqas ħdax-il sena, b’mod li l-istess konċessjonarju jżomm esklużivament id-dritt ta’ sfruttament ekonomiku tal-beni, minkejja l-iskadenza tat-terminu tal-konċessjoni preċedentement mogħtija lil dan il-konċessjonarju, bil-konsegwenza tal-preklużjoni tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati minn kull possibbiltà li jiksbu l-għoti tal-beni fi tmiem proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għal offerti?