16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Taranto (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – proċeduri kriminali kontra Davide Durante

(Kawża C-438/15)

(2015/C 381/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Taranto

Parti fil-kawża prinċipali

Davide Durante

Domanda preliminari

L-Artikoli 43, 49 u 56 et seq TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-logħob tal-ażżard li, għat-tnedija ta’ proċedura ġdida ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ konċessjonijiet, kif previst fl-Artikolu [10](9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012, tikkunsidra bħala raġuni għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ selezzjoni, in-nuqqas ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-parti kontraenti, mingħajr ma tipprevedi, għall-finijiet ta’ din id-demostrazzjoni, kriterji oħra xierqa għajr ir-rekwiżit tal-preżentazzjoni ta’ żewġ attestazzjonijiet differenti maħruġa minn żewġ stabbilimenti ta’ kreditu differenti, meta l-attestazzjonijiet ikunu joriġinaw minn entità waħda?