|
9.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Awwissu 2015 – NEW WAVE CZ a.s. vs ALLTOYS sopl. s. r.o.
(Kawża C-427/15)
(2015/C 371/17)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NEW WAVE CZ a.s.
Konvenuta: ALLTOYS sopl. s. r.o.
Domanda preliminari
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li wieħed ikun jinsab fil-kuntest ta’ azzjoni dwar ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali anki meta, wara l-għeluq definittiv tal-azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali r-rikorrent jistaqsi, fi proċedura awtonoma, għal informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li jiksru dan id-dritt tal-proprjetà intellettwali (pereżempju sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat b’mod preċiż id-dannu u sussegwentement jintalab il-kumpens għalih)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.