28.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Itzehoe (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath
(Kawża C-397/15)
(2015/C 320/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Itzehoe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG
Konvenuta: Gerhild Lukath
Partijiet oħra fil-proċedura: Rüdiger Boy, Boy Finanzberatung GmbH, Christian Maibaum, Vienna-Life Lebensversicherungs AG, Frank Weber
Domandi preliminari
1) |
Kuntratt bejn bank u konsumatur rigward l-għoti ta’ kreditu li huwa marbut ma’ kuntratt ta’ sottoskrizzjoni ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u ma’ kuntratt ta’ konsulenza u ta’ intermedjarju għall-investiment ta’ kapital, kapital li jiggarantixxi huwa stess il-kreditu, għandu jitqies li huwa kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1)? |
2) |
L-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma japplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn ir-reklamar u/jew il-kuntatt isiru f’pajjiż li fih il-konsumatur għandu r-residenza prinċipali tiegħu, minkejja li jiffirma l-kuntratti fil-post tar-residenza sekondarja tiegħu, meta l-parti kontraenti tal-konsumatur jew ir-rappreżentant tiegħu jkun irċieva l-ordni tal-konsumatur fl-Istat tar-residenza prinċipali ta’ dan tal-aħħar? |