21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/41 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Dow Chemical Ibérica S.A. vs Administración del Estado
(Kawża C-372/15)
(2015/C 311/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dow Chemical Ibérica S.A.
Konvenuta: Administración del Estado
Domandi preliminari
1) |
Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Europea (2), sa fejn l-iffissar tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu li, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma jippermettix lill-proprjetari tal-installazzjonijiet ikkonċernati jsiru jafu d-data, il-kalkoli u l-kriterji kkunsidrati għall-adozzjoni ta’ dan il-koeffiċjent? |
2) |
Fid-dawl tal-mod kif tistabbilixxi u tiffissa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali previsti fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (3) u fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (4), id-Deċiżjoni 2013/448/UE tikser l-Artikoli 10a(1) u 23(3) ta’ din id-direttiva peress li din ma ġietx adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE (5)? |
3) |
Peress li d-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE joħolqu nuqqas ta’ simetrija bejn:
|
4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE u, skont il-każ, id-Deċiżjoni 2011/278/UE, li hija timplementa, jiksru l-Artikoli 10a(12) tad-Direttiva, sa fejn dawn jestendu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għal setturi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (6) (illum id-Deċiżjoni 2014/746/UE (7)) kkunsidrat bħala li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, bit-tnaqqis konsegwenti tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet? |
5) |
Id-Deċiżjoni [2013/448/UE] tikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiddetermina l-emissjonijiet ivverifikati fil-perijodu 2005-2007 imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni:
|
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).
(3) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).
(6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).