14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA

(Kawża C-354/15)

(2015/C 302/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrew Marcus Henderson

Konvenut: Novo Banco SA

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ qorti Portugiża li fiha għaddejja kawża ċivili kontra ċittadin residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li tordna t-taħrika ta’ dan l-istess ċittadin, għall-imsemmija kawża, permezz ta’ ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċevuta, fejn l-avviż ta’ riċevuta rispettiv ma jasalx, il-qorti Portugiża tista’ tqis, billi tieħu inkunsiderazzjoni r-Regolament [(KE) Nru 1393/2007] (1) u l-prinċipji sottostanti tiegħu, li din it-taħrika seħħet billi tuża bħala bażi d-dokumentazzjoni tal-entità postali tal-pajjiż ta’ residenza tad-destinatarju tal-missiva li turi n-notifika tal-ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċeviment lid-destinatarju?

2)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 230 tal-Código de Processo Civil Português (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż), fil-każ imsemmi fl-ewwel domanda, tikser ir-Regolament u l-prinċipji sottostanti tiegħu?

3)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 191(2) tal-Código de Processo Civil Português, fil-każ inkwistjoni, tikser ir-Regolament u l-prinċipji sottostanti tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).