7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/43


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Claire Staelen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawża T-217/11, Staelen vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża C-338/15 P)

(2015/C 294/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Claire Staelen (rappreżentanti: V. Olona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2015 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-217/11 (Staelen vs L-Ombudsman Ewropew);

għaldaqstant, tilqa’ t-talba tal-appellanti għal kumpens għad-dannu morali mġarrab minħabba aġir li affettwa b’mod negattiv lill-appellanti għal ammont li din tal-aħħar tistma għal EUR 50  000;

tiddeċiedi skont it-talbiet ippreżentati mill-appellanti fl-ewwel istanza bl-eċċezzjoni tat-talba tagħha għal kumpens għad-dannu materjali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka sitt aggravji insostenn tal-appell tagħha bbażati, kollha kemm huma, kemm fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll fuq żnaturament tal-fatti.

Fl-ewwel lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żnaturament tal-fatti sa fejn l-appellanti rrifjutat li tippermetti l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman. Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll is-suġġett tal-ilment.

Fit-tieni lok, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 228 TFUE kif ukoll id-Deċiżjoni 94/262 (1) billi ċaħħdithom minn kull effettività.

Fit-tielet lok, hija tosserva li l-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-fatti rigward it-tul ta’ żmien tad-diskriminazzjoni tal-inklużjoni fil-lista ta' kandidati xierqa.

Fir-raba’ lok, hija tilmenta li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Ombudsman ma kienx naqas mill-obbligu tiegħu ta’ trasparenza u ta’ diliġenza.

Fil-ħames lok, hija tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli eskludiet l-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, tat-23 ta’ Frar 2003, kif ukoll il-kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba.

Fl-aħħar lok, hija tqis li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li l-Ombudsman ma kellux jeżamina d-distruzzjoni tal-fajl kollu ta’ kompetizzjoni.


(1)  Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom, tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Marzu 1994, rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 283).