28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – ENEA SA w Poznaniu vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-329/15)

(2015/C 320/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEA SA w Poznaniu

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott flimkien mas-sħana permezz tal-koġenerazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 9a(8) tal-Liġi Pollakka tal-10 ta’ April 1997 dwar l-enerġija, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-2006, adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 1, punt 13, tal-Liġi Pollakka tal-4 ta’ Marzu 2005 li temenda l-Liġi dwar l-enerġija u l-Liġi dwar il-ħarsien tal-ambjent, jikkostitwixxi għajnuna pubblika?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija tal-elettriku, trattata bħala emanazzjoni ta’ Stat Membru li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu kklassifikat bħala għajnuna pubblika, tista’ tinvoka ksur tal-imsemmi artikolu quddiem qorti nazzjonali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi, l-Artikolu 107 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ konformità tal-obbligu li joħroġ mil-liġi nazzjonali mal-Artikolu 107 TFUE jeskludi l-possibbiltà li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja fuq impriża li naqset milli tissodisfa dan l-obbligu?