|
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited vs Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique
(Kawża C-319/15)
(2015/C 279/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited
Konvenut: Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 (1) jiksru l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-ewwel protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li jipproteġu d-dritt għall-proprjetà, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 ta’ din il-karta u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni, li jiggrantixxu d-dritt għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja f’terminu raġonevoli, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet b’mod partikolari ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ rilaxx ta’ fondi ffriżati meta terz jipprevalixxi ruħhui minn kreditu akkwistat skont deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna persuna indikata sabiex tiġi ssuġġettata għal miżura ta’ ffriżar għall-ħlas ta’ kumpens favuriha mogħtija wara proċedura mibdija qabel din l-indikazzjoni u meta dawn iż-żewġ persuni ma jkollhom l-ebda relazzjoni, anki indiretta, marbuta mal-attivitajiet previsti fir-regolament?
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).