21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”) et vs Westminster City Council

(Kawża C-316/15)

(2015/C 311/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Il-partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hemming, li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li jinnegozjaw taħt l-isem “Janus”, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd, Swish Publications Ltd.

Konvenut: Westminster City Council

Id-domandi preliminari

Meta applikant għall-għoti jew tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess ikollu jħallas tariffa maqsuma f’żewġ partijiet, waħda konnessa mal-amministrazzjoni tal-applikazzjoni u li ma hijiex rimborsabbli, l-oħra għall-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u li hija rimborsabbli jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda:

(1)

Ir-rekwiżit li titħallas tariffa, inkluża t-tieni parti li hija rimborsabbli, ifisser, bħala kwistjoni ta’ dritt Ewropew u xejn iktar, li l-intimati sostnew spiża għall-applikazzjonijiet tagħhom li tmur kontra l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-Suq Intern (1) sa fejn din taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni?

(2)

Il-konklużjoni li tali rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat li jinvolvi spiża – jew, jekk għandu jitqies bħala tali, spiża li taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni – tiddependi fuq l-effett ta’ ċirkustanzi ulterjuri (u jekk iva, liema), per eżempju:

(a)

provi li jistabbilixxu li l-ħlas tat-tieni parti li hija rimborsabbli kien jinvolvi jew x’aktarx jinvolvi lil applikant f’xi spejjeż jew telf,

(b)

id-daqs tat-tieni parti li hija rimborsabbli u t-tul ta’ żmien li tinżamm qabel ma jsir ir-rimbors, jew

(c)

kull iffrankar fl-ispejjeż għal Westminster City Council fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet (u għalhekk fl-ispiża mhux rimborsabbli tagħhom) li tirriżulta mir-rekwiżit tal-ħlas bil-quddiem taż-żewġ partijiet tat-tariffa li għandhom jitħallsu mill-applikanti kollha?


(1)  ĠU L 376, p. 36