7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – TrustBuddy AB vs Lauri Pihlajaniemi

(Kawża C-311/15)

(2015/C 294/48)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TrustBuddy AB

Konvenut: Lauri Pihlajaniemi

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kreditur anki kumpannija, li tippromwovi fuq l-internet il-bejgħ lil konsumaturi tal-hekk imsejħa krediti bejn l-individwi u li teżerċita, fil-konfront tal-konsumatur, id-dritt, li normalment jingħata lil kreditur, li jiddetermina l-kundizzjonijiet, l-għoti u l-irkupru tal-kreditu, minkejja li l-fondi jkunu ġejjin minn individwi, li jibqgħu anonimi, u jibqgħu separati mill-assi tal-kumpannija.


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).