21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Ġunju 2015 – Edyta Mikołajczyk vs Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki

(Kawża C-294/15)

(2015/C 311/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edyta Mikołajczyk

Konvenuti: Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki

Domandi preliminari

1)

Proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq huwa estiż għal proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fi proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tista’ tkun ibbażata fuq il-bażijiet msemmija fil-ħames u fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.