|
7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/28 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2015 minn Alexandre Borde u Carbonium mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-314/14, Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-279/15 P)
(2015/C 294/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Alexandre Borde u Carbonium SAS (rappreżentant: A.B.H. Herzberg, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015 sa fejn:
|
|
— |
tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti; u
|
|
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjoni ta’ ammissibbiltà magħquda mal-mertu u konsegwentement tiddeċiedi l-kawża; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 184(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jaffermaw li ċ-ċaħda tar-rikors tagħhom għal annullament huwa infondat sa fejn: (i) l-ispjegazzjoni tal-fatti mill-Qorti Ġenerali hija ineżatta u distorta, u b’hekk tikser id-dritt tal-appellanti għal smigħ; (ii) fl-applikazzjoni tagħha tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali llimitat b’mod żbaljat il-kategorija ta’ atti li jistgħu jiġu appellati għall-atti ddefiniti mill-Artikolu 288 TFUE; (iii) huwa b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali ma kkonstatatx li l-miżuri kontenzjużi kienu jikkostitwixxu deċiżjonijiet fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE; (iv) huwa b’mod żbaljat li meta applikat ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali qieset element deċiżiv il-fatt li l-att ikkontestat ikun “separabbli mill-qafas kuntrattwali” jew le mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni fatturi oħra; (v) huwa b’mod żbaljat li, fir-rigward ta’ kawża tripolari, meta applikat ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali implementat il-kriterji identifikati għal kawżi bipolari; (vi) il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju ġudizzjarju effettiv, kif iggarantit mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.