Kawża C-235/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Mejju 2015 – Maria Bosneaga vs Instituția Prefectului – Județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Mejju 2015 – Maria Bosneaga vs Instituția Prefectului – Județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor
(Kawża C-235/15)
2015/C 270/17Lingwa tal-kawża: ir-RumenQorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanţa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Bosneaga
Konvenuta: Instituția Prefectului – Județul Constanța – Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor
Domanda preliminari
L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-istabbiliment, skont l-Artikolu 4(d) tad-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 9/2013, tal-obbligu li titħallas it-taxxa tal-boll ambjentali li tolqot il-karozzi użati li joriġinaw miż-żona tal-Komunità waqt ir-reġistrazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà fuq il-karozza użata meta din tkun karozza li għaliha l-ħlas lura jew ir-reġistrazzjoni bla ħlas, tat-taxxa speċjali fuq il-vetturi jew il-karozzi, tat-taxxa fuq it-tniġġis li tolqot il-karozzi jew it-taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu tal-karozzi tkun ġiet ordnata minn awtorità ġudizzjarja?