7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – Minister Finansów vs Jan Mateusiak
(Kawża C-229/15)
(2015/C 294/23)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenut: Jan Mateusiak.
Domanda preliminari
L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ aġġustament previst fl-Artikolu 187 tad-Direttiva, l-assi fissi ta’ persuna taxxabbli li, meta akkwistathom tkun naqqset il-VAT, ma għandhomx ikunu taxxabbli u inklużi fl-inventarju tal-likwidazzjoni fil-mument meta tieqaf milli twettaq l-attività ekonomika tagħha, peress li l-perijodu legali ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input imħallsa għall-akkwist tagħhom, li jirriżulta mit-tul ta’ użu stmat tagħhom fl-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, ikun skada, jew fis-sens li dawn l-assi fissi, fil-mument meta l-persuna taxxabbli tieqaf milli twettaq l-attività ekonomika tagħha, huma taxxabbli, irrispettivament mill-perijodu ta’ agġustament?