20150731031616772015/C 270/152162015CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150512131422

Kawża C-216/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Mejju 2015 – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH


C2702015MT1320120150512MT0015132142

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Mejju 2015 – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH

(Kawża C-216/15)

2015/C 270/15Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH

Konvenuta: Ruhrlandklinik gGmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija ( 1 ), japplika fil-każ fejn membru ta’ assoċjazzjoni jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra sabiex jipprovdi prestazzjoni ta’ xogħol, filwaqt li jkun suġġett għall-istruzzjonijiet tekniċi u organizzattivi ta’ din tal-aħħar, jekk dan il-membru jkun intrabat, meta ssieħeb mal-assoċjazzjoni, li jqiegħed il-kapaċità ta’ xogħol kollha tiegħu għad-dispożizzjoni wkoll ta’ terzi, li bħala korrispettiv għalih jirċievi mingħand l-assoċjazzjoni remunerazzjoni mensili kkalkolata skont il-kriterji abitwali għall-attività kkonċernata, u jekk l-assoċjazzjoni tirċievi, fir-rigward ta’ dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni, kumpens għall-ispejjeż tal-persunal tal-membru inkwistjoni kif ukoll ammont b’rata fissa għall-ispejjeż amministrattivi?


( 1 ) ĠU L 327, p. 9.