3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk

(Kawża C-209/15)

(2015/C 254/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Korpschef van politie

Konvenut: W.F. de Munk

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 19 tal-Besluit algemene rechtspositie politie (Digriet dwar l-istatus ġuridiku ġenerali tal-pulizija, iktar ’il quddiem il-“Barp”), li tipprovdi li uffiċjal imkeċċi inġustament ma jakkumulax drittijiet għal sigħat ta’ leave matul il-perijodu bejn id-data tat-tkeċċija tiegħu u d-data tar-reintegrazzjoni tiegħu fis-servizz jew dik li fiha r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm b’mod validu?

2)

Jekk mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li fil-fatt matul il-perijodu kontenzjuż ġew akkumulati drittijiet għal sigħat ta’ leave, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-Artikolu 23 tal-Barp, li jipprovdi li, mat-tmiem tas-sena ta’ referenza, huwa biss numru limitat ta’ sigħat ta’ leave li jista’ jiġi ttrasferit għas-sena segwenti u li d-drittijiet għal sigħat ta’ leave li jkunu għadhom ma ttieħdux jiskadu?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).