13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Benelux Gerichtshof (il-Belġju) fit-13 ta’ April 2015 – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV

(Kawża C-169/15)

(2015/C 228/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Benelux Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Montis Design BV

Konvenuta: Goossens Meubelen BV

Domandi preliminari

1)

Il-perijodu ta’ protezzjoni msemmi fl-Artikolu 10, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 93/98/KEE (1) huwa applikabbli għad-drittijiet tal-awtur li kienu inizjalment protetti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur, iżda li ġew estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995 minħabba li ma ssodisfawx jew ma ssodisfawx fil-ħin rekwiżit proċedurali, senjatament l-assenza ta’ preżentazzjoni jew ta’ preżentazzjoni fil-ħin ta’ dikjarazzjoni ta’ żamma kif prevista fl-Artikolu 21(3) (preċedenti) tal-Liġi uniformi tal-Benelux fil-qasam tad-Disinni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

Id-Direttiva 93/98/KEE għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timplika li d-drittijiet tal-awtur fuq xogħol tal-arti applikata li huma estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995 minħabba li ma jkunux issodisfaw rekwiżit proċedurali għandhom jitqiesu li huma definittivament estinti?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv:

Jekk id-drittijiet tal-awtur inkwistjoni għandhom jitqiesu mġedda jew li ġew imġedda f’xi żmien partikolari skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, minn liema data seħħ dan it-tiġdid?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 141), illum issostitwita bid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (verżjoni kodifikata) (ĠU L 372, p. 12).