|
8.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2015 – Abdelhafid Bensada Benallal vs État belge
(Kawża C-161/15)
(2015/C 190/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Kunsill tal-Istat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Abdelhafid Bensada Benallal.
Konvenuta: L-Istat Belġjan
Domandi preliminari
Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-unjoni Ewropeja li tikkonċerena r-rispett tad-drittijiet tad-difiża, inkluż id-dritt għal persuna li tinstema’ minn awtorità nazzjonali, qabel l-adozzjoni mill-awtorità ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffetwa b’mod negattiv l-interessi tal-persuna kkonċernata, tali deċiżjoni ttemm il-permess ta’ residenza tiegħu, huwa ugwalment importanti fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea daqs dak dovut minn normi ta’ ordni pubbliku tad-dritt Belġjan fil-liġi nterna u l-prinċipju tal-ekwivalenza jeħtieġ li l-motiv ta’ ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta’ rispett għad-drittijiet tad-difiża, jista’ jiġi elevat għall-ewwel darba quddiem il-Kunsill tal-Istat, li tiddeċiedi f’kassazzjoni, kif dan huwa permess taħtil-liġi domestika bħala mezz ta’ ordni pubbliku?