29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL

(Kawża C-149/15)

(2015/C 213/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabrina Wathelet

Konvenuta: Garage Bietheres & Fils SPRL

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “bejjiegħ” ta’ oġġetti ta’ konsum, imsemmi fl-Artikolu 1649a tal-Kodiċi Ċivili Belġjan miżjud bil-liġi tal-1 ta’ Settembru 1994 intitolata “Liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti ta’ konsum” li tittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva Ewropea 1999/44/KE, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix biss lill-professjonist li, fil-kwalità ta’ bejjiegħ jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġett ta’ konsum lil konsumatur, iżda anki l-professjonist li jintervjeni bħala intermedjarju għal bejjiegħ mhux professjonist, kemm jekk jitħallas kif ukoll jekk le, għall-intervent tiegħu, kemm jekk ikun informa kif ukoll jekk le, lix-xejjer prospettiv, li l-bejjiegħ kien individwu privat?


(1)  Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223).