29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Deutsche Parkinson Vereinigung e.V. vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.

(Kawża C-148/15)

(2015/C 213/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Parkinson Vereinigung e.V.

Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iffissar ta’ prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib, stipulat mid-dritt nazzjonali, jikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-iffissar tal-prezzijiet imposti għall-prodotti mediċinali mogħtija bi preskrizzjoni tat-tabib huwa ġġustifikat skont l-Artikolu 36 TFUE għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni, b’mod partikolari jekk huwa biss b’dan il-mod li tista’ tiġi ggarantita fil-Ġermanja kollha, partikolarment fiż-żoni rurali, provvista uniformi ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni li tkopri t-territorju kollu?

3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għat-tieni domanda: liema rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jiġi kkonstatat ġudizzjarjament li s-sitwazzjoni prevista fit-tieni parti tat-tieni domanda fil-fatt teżisti?