22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sächsisches Oberverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2015 – Lidl Dienstleistungs-GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-134/15)

(2015/C 205/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Oberverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl Dienstleistungs-GmbH & Co. KG

Konvenut: Freistaat Sachsen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 (1) huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 15(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 huwa kompatibbli mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 157, p. 46).