22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Verein für Konsumenteninformation vs INKO, Inkasso GmbH

(Kawża C-127/15)

(2015/C 205/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Verein für Konsumenteninformation

Appellata: INKO, Inkasso GmbH

Domandi preliminari

1.

Aġenzija ta’ rkupru li, fil-kuntest tal-irkupru professjonali ta’ djun f’isem il-klijenti tagħha, tipproponi lid-debituri tagħhom il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ ħlas bin-nifs, billi tiffattura għall-attività tagħha spejjeż li fl-aħħar nett, id-debituri huma obbligati li jħallsuhom, taġixxi bħala “intermedjarju ta’ kreditu” fis-sens tal-Artikolu 3(f) tad-Direttiva 2008/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1)?

2.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Ftehim ta’ ħlas bin-nifs konkluż bejn debitur u l-kreditur tiegħu permezz tal-intermedju ta’ aġenzija ta’ rkupru, jikkosititwixxi “ħlas differit, mingħajr ħlas [ta’ spejjeż]” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2008/48/KE meta, permezz ta’ dan il-ftehim, id-debitur jimpenja ruħu unikament li jħallas id-dejn mhux irrimborsat kif ukoll l-interessi u l-ispejjeż li għalihom huwa kien fi kwalunkwe każ obbligat li jħallas ukoll fl-assenza ta’ ftehim, abbażi tal-liġi?


(1)  ĠU L 133, p. 66.