|
1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie vs Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez
(Kawża C-121/15)
(2015/C 178/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez
Domandi preliminari
|
1) |
L-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni fuq l-operatur eżistenti li joffri l-provvista ta’ gass naturali lill-konsumatur finali b’tariffi rregolati, iżda li ma jimpedixxix li jsiru offerti kompetituri, bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi, min-naħa tal-fornitur eżistenti jew tal-fornituri alternattivi, għandu jitqies li jwassal għal determinazzjoni tal-livell tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali b’mod indipendenti mill-funzjonament ħieles tas-suq u jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73/KE (1)? |
|
2) |
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, abbażi ta’ liema kriterji għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali intervent tal-Istat fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali mad-Direttiva 2009/73/KE? B’mod partikolari:
|
(1) Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94).