|
15.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 198/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Biuro podróży “Partner” Sp. z o.o, Sp. komandytowa w Dąbrowie Górniczej vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów
(Kawża C-119/15)
(2015/C 198/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Biuro podróży “Partner” Sp. z o.o, Sp. komandytowa w Dąbrowie Górniczej
Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 6(1) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (2), l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali minn deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi fir-reġistru ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali jista’ jitqies, fir-rigward ta’ professjonist ieħor li ma pparteċipax fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni fir-reġistru ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, bħala aġir illegali li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, jikkostitwixxi prattika li tippreġudika l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li, fil-proċedura amministrattiva nazzjonali, jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ multa? |
|
2) |
Fid-dawl tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, qorti tat-tieni istanza li d-deċiżjoni tagħha, mogħtija fl-appell, tista’ tkun is-suġġett ta’ appell ta’ kassazzjoni, kif inhu previst mil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Pollakk, hija qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu appellati taħt id-dritt intern, jew hija s-Sąd Najwyższy (Qorti suprema), li għandha l-kompetenza sabiex tisma’ appell ta’ kassazzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.