26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2015 – Gazdasági Versenyhivatal vs Siemens Aktiengesellschaft Österreich

(Kawża C-102/15)

(2015/C 171/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gazdasági Versenyhivatal

Konvenuti: Siemens Aktiengesellschaft Österreich

Domanda preliminari

Il-kreditu li għandu l-oriġini tiegħu fir-rimbors – li iktar tard irriżulta mhux iġġustifikat – lil parti stabbilita fi Stat Membru ieħor ta’ multa li ġiet imposta fil-kuntest ta’ proċedimenti fil-qasam tal-kompetizzjoni u li hija ħallset, kreditu li l-awtorità tal-kompetizzjoni ssostni kontra l-parti inkwistjoni sabiex jiġu rkuprati l-interessi li hija kienet ħallset konformement ma’ dak li l-liġi tipprovdi fil-każ ta’ rimbors, jaqa’ f’materja li għandha x’taqsam ma’ kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).