13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Gent (il-Belġju) fis-16 ta’ Jannar 2015 – New Valmar BVBA vs Global Pharmacies Partner Health srl
(Kawża C-15/15)
(2015/C 118/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: New Valmar BVBA
Konvenuta: Global Pharmacies Partner Health srl
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ entità federali ta’ Stat Membru, bħal f’dan il-każ il-Komunità Fjamminga tal-Istat Federali Belġjan, li timponi fuq kull impriża li jkollha s-sede tal-operat tagħha fit-territorju ta’ din l-entità, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 tal-Liġijiet tat-18 ta’ Lulju 1966 dwar l-użu tal-lingwi fil-qasam amministrattiv (Moniteur belge tat-2 ta’ Awwissu 1966) u tal-Artikolu 10 tat-Taaldecreet tad-19 ta’ Lulju 1973 tal-Komunità Fjamminga (Moniteur belge tas-6 ta’ Settembru 1973), meħuda flimkien, li tirrediġi l-fatturi ta’ natura transkonfinali bil-lingwa uffiċjali ta’ din l-entità federali biss, taħt piena ta’ nullità tal-fatturi, liema nullità għandha titqajjem ex officio mill-qorti?