cotfaancjeSentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tat-8 ta ’ Settembru 2016 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża C-459/15 P) ( *1 )

“Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Sostenn loġistiku lill-Gvern Iranjan — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti”

1. 

Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Rikors ippreżentat kontra att li jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent — Tħassir tal-att fil-mori tal-kawża — Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Inammissibbiltà — Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-att ikkontestat (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/661/PESK u 2015/1863/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 2015/1862) (ara l-punt 12)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ — Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti — Assenza (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013) (ara l-punti 23, 24)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013) (ara l-punt 25)

4. 

Rikors għal annullament — Aggravji — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Distinzjoni (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 30, 31)

5. 

Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 44)

6. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Sostenn loġistiku lill-Gvern Iranjan — Kunċett — Attività li tista’, minħabba d-daqs kwantitattiv u kwalitattiv tagħha, tiffavorixxi l-proliferazzjoni nukleari billi tippermetti li l-Gvern Iranjan jissodisfa bżonnijiet loġistiċi speċifiċi — Inklużjoni (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013) (ara l-punts 52-58)

7. 

Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà (ara l-punt 63)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Iranian Offshore Engineering & Construction Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.


( *1 ) ĠU C 346, 19.10.2015.