Kawża C-340/15
Christine Niglet et
vs
Finanzamt Waldviertel
(talba għal-deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundespatentgericht)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikolu 4(1) u (4) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” — Soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili li jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom taħt trade mark komuni u permezz ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Kunċett ta’ “impriżi indipendenti” — Rifjut tal-klassifikazzjoni ta’ persuna taxxabbli — Retroattività — Sitt Direttiva 77/388 — Artikolu 25 — Direttiva 2006/112 — Artikoli 272 u 296 — Skema b’rata fissa għall-bdiewa — Esklużjoni tal-iskema b’rata fissa — Retroattività”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Attivitajiet ekonomiċi mwettqa b’mod indipendenti fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/388 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112 – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Direttivi tal-Kunsill 77/388, Artikoli 4(1) u (4) u 2006/112, Artikoli 9(1) u 10)
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Skemi speċjali – Skema fissa applikabbli għall-bdiewa – Soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili li jikkostitwixxu impriżi indipendenti suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud – Esklużjoni tal-imsemmija skema ta’ tali kumpanniji li għandhom rabtiet ma’ kumpannija b’kapital azzjonarju jew li jiffurmaw grupp ta' persuni li għandhom daqs tal-operazzjoni jew għandhom w forma ġuridika li tmur lil hinn mil-limiti tal-imsemmija skema b’rata fissa – Ammissibbiltà – Kundizzjoni
(Direttivi tal-Kunsill 7/388, Artikoluu 25, u 2006/112, Artikolu 168)
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Skemi speċjali – Skema b’rata fissa applikabbli għall-bdiewa – Kontestazzjoni b’effett retroattiv mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-applikabbiltà tal-imsemmija skema b’rata fissa – Ammissibbiltà fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Kundizzjoni – Osservanza tal-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa
(Direttivi tal-Kunsill 77/388 u 2006/112)
L-Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 2004/66, minn naħa, kif ukoll l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li diversi soċjetajiet irregolati taħt id-dritt ċivili, li jidhru bħala tali b’mod indipendenti fir-rigward tal-fornituri tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi u, sa ċertu punt, il-klijenti tagħhom, u li kull waħda minnhom għandha l-produzzjoni tagħha stess billi tuża essenzjalment l-mezzi tagħha tal-produzzjoni tagħha, iżda li tikkummerċjalizza ħafna mill-prodotti tagħhom taħt trade mark komuni permezz ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, li l-ishma tagħha jinżammu mill-membri ta’ dawn is-soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili kif ukoll minn membri oħra tal-familja kkonċernata, għandhom jitqiesu bħala impriżi indipendenti suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).
F’dan ir-rigward, il-kliem użat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva u fl-Artikolu9(1) tad-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari l-frażi “kull persuna”, jagħti lill-kunċett ta’ “persuna taxxabbli” definizzjoni wiesgħa bbażata fuq l-indipendenza fit-twettiq ta’ attività ekonomika fis-sens li kull persuna, fiżika jew ġuridika, kif ukoll organi rregolati bid-dritt pubbliku kif ukoll privat, u anki entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika, li, b’mod oġġettiv, jissodisfaw ir-rekwiżiti li jidhru f’din id-dispożizzjoni, jitqiesu li huma persuni suġġetti għall-VAT. B’hekk, sabiex tiġi kkonstata l-indipendenza tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, għandu jiġi mistħarreġ jekk il-persuna kkonċernata twettaqx l-attivitajiet tagħha f’isimha, għaliha nnifisha u taħt ir-responsabbiltà tagħha kif ukoll jekk hija ssostnix ir-riskju ekonomiku marbut mat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet. F’dan il-kuntest, l-eżistenza ta’ ċerta kooperazzjoni bejn soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili u kumpannija b’kapital azzjonarju, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom taħt trade mark komuni, ma hijiex biżżejjed sabiex tikkontesta l-indipendenza ta’ dawn is-soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili fir-rigward ta’ din l-aħħar kumpannija.
(ara l-punti 27, 28, 31, 34 u d-dispożittiv 1)
L-Artikolu 25 tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 2004/66, u l-Artikolu 296 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux il-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-applikazzjoni tal-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa, prevista f’dawn l-artikoli, lil diversi soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili, bħal dawk meqjusa bħala impriżi indipendenti suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u li jikkooperaw bejniethom, peress li kumpannija b’kapital azzjonarju, grupp ta’ persuni li jikkonsistu minn membri ta’ dawn is-soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili jew grupp ta’ persuni li jikkostitwixxu din il-kumpannija b’kapital azzjonarju u membri tal-imsemmija soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili ma tistax tkun suġġetta għal din l-iskema, minħabba d-daqs tal-operazzjoni tagħha jew il-forma ġuridika tagħha, anki jekk dawn is-soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili ma jagħmlux parti minn kategorija ta’ produtturi esklużi minn din l-iskema b’rata fissa, sakemm huma, minħabba r-rabtiet tagħhom ma’ din il-kumpannija jew wieħed minn dawn il-gruppi, materjalment f’pożizzjoni li jistgħu jerfgħu il-piżijiet amministrattivi li jimplikaw il-kompiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ skema normali jew skema ssimplifakata tal-VAT, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.
(ara l-punt 46 u d-dispożittiv 2)
Fil-każ li l-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa għandha, fil-prinċpju, tiġi eskluża għas-soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili li jikkummerċerjalizzaw il-prodotti tagħhom taħt trade mark komuni u permezz ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, tali esklużjoni tapplika għall-perijodu preċedenti għad-data li fiha tkun saret tali evalwazzjoni, iżda suġġetta għal li l-imsemmija evalwazzjoni sseħħ fit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa, u li l-effetti tagħha ma humiex retroattivi għal data preċedenti għal dik li fiha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt li fuqhom hija bbażata jseħħu.
Fil-fatt, kif il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jipprekludix li l-awtoritajiet tat-taxxa, waqt it-terminu ta’ preskrizzjoni, jagħmlu aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dwar it-taxxa mnaqqsa jew dwar servizzi diġà mwettqa, li kellhom jiġu suġġetti għal din it-taxxa, tali regola għandha tapplika wkoll meta skema li minnha tibbenefika persuna taxxabbli għall-VAT hija kkontestata mill-awtoritajiet tat-taxxa, inkluża għal perijodu preċedenti għad-data li fiha tkun saret tali evalwazzjoni. Madankollu, dan japplika biss suġġett għal li l-imsemmija evalwazzjoni sseħħ fit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-amministrazzjoni, u li l-effetti tagħha ma humiex retroattivi għal data preċedenti għal dik li fiha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt li fuqhom hija bbażata jseħħu.madankollu, lika iżda suġġetta għal li l-imsemmija evalwazzjoni sseħħ fit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tal-amministrazzjoni, u li l-effetti tagħha ma humiex retroattivi għal data preċedenti għal dik li fiha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt li fuqhom hija bbażata jseħħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa, l-ewwel, irrikonoxxew il-benefiċċju tal-iskema ta’ rata fissa għal diversi soċjetajiet irregolati mid-dritt ċivili ma jistax jinfluwenza fuq l-isemmija kontestazzjoni, peress li l-punti ta’ liġi u ta’ fatt li fuqhom hija bbażata l-evalwazzjoni l-ġdida ta’ din l-amministrazzjoni huma wara dan ir-rikonoxximent u li seħħew fit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni tagħha.
(ara l-punti 48-51 u d-dispożittiv 3)