Kawża C‑262/15

GD European Land Systems – Steyr GmbH

vs

Zollamt Eisenstadt Flughafen Wien

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 8710 u subintestatura 9305 91 00 — Nota 3 tat-Taqsima XVII u Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 93 — Tankijiet u vetturi korazzati tal-ġlied — Armi tal-gwerra — Klassifikazzjoni ta’ sistema ta’ turretta”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-tariffa doganali komuni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji Sistema ta’ turretta li ġiet importata u użata għall-produzzjoni ta’ tankijiet tal-ġlied – Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8710 – Kundizzjoni – Sistema ta’ turretta “prinċipalment” intiża għal tank tal-ġlied – Verifika mill-qorti nazzjonali – Kundizzjoni mhux issodisfatta – Klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 9305 91 00 tan-Nomenklatura Magħquda

    (Regolament tal-Kunsill Nruo2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1001/2013, Anness I, intestatura 8710 u subintestatura 9305 91 00)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 27)

  2.  In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nruo1001/2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li sistema ta’ turretta li ġiet importata għall-produzzjoni ta’ tankijiet tal-ġlied u, sussegwentement, tkun fil-fatt intużat għal dan l-iskop, taqa’ taħt l-intestatura 8710 ta’ din in-Nomenklatura Magħquda jekk tkun “prinċipalment” intiża għal tank tal-ġlied, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi u għall-proprjetajiet oġġettivi ta’ din is-sistema ta’ turretta, mingħajr ma l-użu finali tagħha fil-każ inkwistjoni jkun determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħha. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija sistema ta’ turretta, bħala parti jew aċċessorju ta’ “armi ta’ gwerra”, għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 9305 9100 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda.

    (ara l-punt 44 d-dispożittiv)