Kawża C‑233/15

SIA “Oniors Bio”

vs

Valsts ieņēmumu dienests

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 1517 90 91 u 1518 00 31 — Taħlita fluwida veġetali, mhux ipproċessata, mhux volatili, komposta minn żejt tal-kolza (88 %) u żejt tal-ġirasol (12 %)”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2016

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Klassifikazzjoni ta’ merkanzija fl-intestaturi tariffarji tat-tariffa doganali komuni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-elementi rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Riformulazzjoni tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Taħlita fluwida veġetali, mhux proċessata, mhux volatili, komposta minn żejt tal-kolza u żejt tal-ġirasol – Klassifikazzjoni fis-subintestaturi 1517 90 91 jew 1518 00 31 tan-Nomenklatura Magħquda skont in-natura tal-prodott jekk huwiex tajjeb għall-ikel jew mhux tajjeb għall-ikel – Kriterji

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, Anness I, subintestaturi 1517 90 91 u 1518 00 31, u Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, Artikoli 62, 68 u 71)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (aral-punt 28)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 30)

  3.  In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 1006/2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk taħlita ta’ żjut veġetali fissi, mhux maħduma u likwidi, komposta minn żejt tal-kolza (88 %) u żejt tal-ġirasol (12 %), għandha tiġi kklassifikata, bħala taħlita ta’ żjut veġetali tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1517 90 91 ta’ din in-nomenklatura, jew bħala taħlita ta’ żjut veġetali mhux tajba għall-ikel, taħt is-subintestatura 1518 00 31 tal-imsemmija nomenklatura, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, sa fejn dawn huma relatati mal-karatteristiċi u mal-proprjetajiet oġġettivi inerenti għal dan il-prodott.

    Fost il-fatturi rilevanti li jistgħu jiġġustifikaw il-kwalifikazzjoni ta’ tali taħlita “mhux tajba għall-ikel”, għandha tiġi evalwata l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur ta’ din it-taħlita fil-kuntest tad-dikjarazzjoni doganali, li tgħid li, minħabba fil-karatteristiċi tal-proċess tal-manifattura tagħha, il-preżenza fl-imsemmija taħlita ta’ sustanzi noċivi ma tistax tiġi eskluża. F’dan ir-rigward, il-fatt li analiżi tal-kampjuni meħuda minn tali taħlita ta’ żjut veġetali ma sabitx il-preżenza, f’din it-taħlita, ta’ ebda sustanza noċiva, ma hijiex biżżejjed, waħedha, li tikkontesta l-klassifikazzjoni tat-taħlita inkwistjoni bħala “mhux tajba għall-ikel”. Dan ir-riżultat jimplika l-eżistenza ta’ evidenza rilevanti oħra, li biha tista’ tiġi kkontestata l-eżattezza tal-informazzjoni relatata mal-proċess ta’ manifattura tat-taħlita inkwistjoni, ipprovduta mill-manifattur u inkluża fid-dikjarazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62, 68 u 71 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005.

    (ara l-punt 57 u d-dispożittiv)