Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tas-16 ta ’ Ġunju 2016 –
Il‑Kummissjoni vs il-Portugall
(Kawża C‑200/15) ( 1 )
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Article 110 TFUE — Taxxi interni — Taxxi diskriminatorji — Vetturi bil-mutur użati importati minn Stati Membri oħra — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli — Rata ta’ deprezzament”
Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Sistema ta’ tassazzjoni tal-vetturi użati li jiġu importati — Sistema li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-deprezzament subit matul l-ewwel sena ta’ użu — Sistema li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-deprezzament li jeċċedi 52 % fir-rigward ta’ vetturi użati għal iktar minn ħames snin — Inkompatibbiltà mal-Artikolu 110 TFUE (Artikolu 110 TFUE) (ara punti 29-31, 34, 36, 37, dispożittiv 1)
Dispożittiv
|
1) |
Billi applikat, bil-għan li tiddetermina l-valur taxxabbli tal-vetturi użati minn Stat Membru ieħor, introdotti fit-territorju Portugiż, sistema relatata mal-kalkolu ta’ deprezzament tal-vetturi li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-valur reali tal-vettura u, b’mod partikolari, li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-deprezzament li jeċċedi 52 % fil-każ ta’ vetturi li għandhom iktar minn ħames snin, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 205, 22.6.2015.