10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2017 – Il-Kummisjoni Ewropea

(Opinjoni 3/15) (1)

((Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat - Artikolu 3 TFUE - Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali - Ftehim internazzjonali li jista’ jolqot xi regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(3)(b) u (4) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet favur persuni b’diżabbiltà))

(2017/C 112/04)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Hartmann, F. Castillo de la Torre u J. Samnadda, aġenti)

Dispożittiv

Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.