5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Craiova – ir-Rumanija) – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

(Kawża C-614/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Assistent veterinarju fil-qasam tal-kontroll tas-saħħa tal-annimali - Settur pubbliku - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw tali kuntratti - Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti fl-istennija ta’ tmiem il-proċeduri ta’ kompetizzjoni))

(2016/C 454/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rodica Popescu

Konvenut: Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

Dispożittiv

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tqis li t-tiġdid ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, fis-settur pubbliku, huwa ġġustifikat minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens ta’ din il-klawżola minħabba s-sempliċi raġuni li l-funzjonijiet ta’ kontroll tal-persunal impjegat fil-qasam tas-saħħa tal-annimali għandhom natura mhux permanenti minħabba l-varjazzjonijiet ta’ volum tal-attivitajiet tal-unitajiet li jridu jiġu kkontrollati, sakemm, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali, it-tiġdid ta’ kuntratti huwa effettivament intiż sabiex ikopri bżonn speċifiku fis-settur ikkonċernat, mingħajr ma kunsiderazzjonijiet baġitarji jkunu, madankollu, l-bażi ta’ dan. Barra minn hekk, il-fatt li t-tiġdid ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat iseħħ fl-istennija ta’ tmiem il-proċeduri ta’ kompetizzjoni ma jistax ikun suffiċjenti sabiex irendi din il-leġiżlazzjoni konformi mal-imsemmija klawżola, jekk jidher li l-applikazzjoni konkreta ta’ din tirriżulta, fil-fatt, fl-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, u dan għandu wkoll jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 68, 22.02.2016.