5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Angela Manzo

(Kawża C-542/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu provduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47 - Applikabbiltà))

(2016/C 454/23)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Angela Manzo

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonli li tirregola l-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.