18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Associazione Italiana delle Unità Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri di Chirurgia Ambulatoriale (Aiudapds) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

(Kawża C-520/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 53(2) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 54 - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikolu 6(1) - Azzjoni straordinarja quddiem il-President tar-Repubblika Taljana - Oppożizzjoni għall-azzjoni minn parti fil-kawża - Bidla tal-imsemmija azzjoni straordinarja f’azzjoni ġudizzjarja - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 260/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione Italiana delle Unità Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri di Chirurgia Ambulatoriale (Aiudapds)

Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

Fil-preżenza ta’: Roche Italia SpA, Novartis Farma SpA, Regione Marche

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2015 (Kawża C-520/15).


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.