6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Linz – l-Awstrija) – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr
(Kawża C-473/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz fejn dan jinsab f’riskju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni kontra l-estradizzjoni))
(2017/C 374/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bezirksgericht Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR
Konvenut: Eugen Adelsmayr
Dispożittiv
L-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz, li tikkonċerna ċittadin tal-Unjoni li, fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment tiegħu, jitlaq l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu sabiex jissoġġorna fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandha tiġi miċħuda minn dan tal-aħħar meta dak iċ-ċittadin ikun jinsab f’riskju serju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt fil-każ ta’ estradizzjoni.