5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Taranto – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Davide Durante
(Kawża C-438/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni f’sejħa għall-offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji differenti))
(2016/C 454/21)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Taranto
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Davide Durante
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta f’sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarj tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.