1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München) – il-Ġermanja – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch

(Kawża C-281/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kamp ta’ applikazzjoni - Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2016/C 279/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soha Sahyouni

Konvenut: Raja Mamisch

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München, il-Ġermanja) permezz tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2015.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.