|
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA
(Kawża C-701/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Trasport - Kunċett ta’ “esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru ta’ ajruporti jew ta’ terminals oħra tat-trasport” - Direttivi 2004/17/KE u 96/67/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ spazji fl-ajruport))
(2017/C 293/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA
Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA
fil-preżenza ta’: Beta-Trans SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għall-allokazzjonijiet, anki temporanji, ta’ spazji intiżi għall-groundhandling fl-ajruporti, li ma humiex akkumpanjati mill-ħlas ta’ remunerazzjoni mill-korp li jmexxi l-ajruport.