21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Online Games Handels GmbH et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich

(Kawża C-685/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru - Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali - Konformità))

(2017/C 277/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Online Games Handels GmbH, Frank Breuer, Nicole Enter, Astrid Walden

Konvenut: Landespolizeidirektion Oberösterreich

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif interpretati b’mod partikolari fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C-390/12, EU:C:2014:281), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema proċedurali nazzjonali li tipprovdi li, fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi ta’ natura kriminali, il-qorti mitluba tiddeċiedi fuq il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għandha teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ ksur amministrattiv, sakemm tali sistema ma jkollhiex bħala konsegwenza li din il-qorti tkun mitluba tissostitwixxi ruħha flok l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li għandhom jipprovdu l-provi neċessarji sabiex jippermettu lill-imsemmija qorti tistħarreġ jekk din ir-restrizzjoni hijiex iġġustifikata.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.