18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – fil-proċedura mressqa minn Jan Šalplachta

(Kawża C-670/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transkonfinali - Direttiva 2003/8/KE - Regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal tali tilwim - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi n-natura mhux rimborsabbli tal-ispejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ talba għal għajnuna legali))

(2017/C 309/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Jan Šalplachta

Dispożittiv

L-Artikoli 3, 8 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għajnuna legali mogħtija mill-Istat Membru fejn il-qorti hija kkostitwita, li fiha l-persuna fiżika li għandu d-domiċilju tiegħu jew ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor ressaq talba għal għajnuna legali fil-kuntest ta’ tilwima transkonfinali, tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem minn din il-persuna għat-traduzzjoni ta’ dokumenti konnessi neċessarji għat-trattament ta’ din it-talba.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.