26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation vs Bezirkshauptmannschaft Gmünd

(Kawża C-664/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Artikolu 4(1) u Artikolu 14(1) - Obbligi ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma u li tiġi nkoraġġuta l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet kollha kkonċernati fl-implementazzjoni tad-direttiva - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali - Artikolu 6 u Artikolu 9(3) u (4) - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proġett li jista’ jaffettwa l-istat tal-ilma - Proċedura amministrattiva għal awtorizzazzjoni - Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Talba sabiex tinkiseb il-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva - Possibbiltà li jiġu invokati drittijiet misluta mid-Direttiva 2000/60/KE - Dekadenza tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura u tad-dritt għal azzjoni legali fil-każ li ma jiġux invokati l-imsemmija drittijiet fi żmien xieraq matul il-proċedura amministrattiva))

(2018/C 072/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Gmünd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għat-tagħrif, il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent ikkostitwita kif xieraq u li topera skont ir-rekwiżiti previsti mid-dritt nazzjonali għandha tkun tista’ tikkontesta quddiem qorti deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal proġett li jista’ jmur kontra l-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma kif impost fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma.

2)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 9(3) ta’ din il-konvenzjoni approvata bid-Deċiżjoni 2005/370 u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/60 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dritt proċedurali nazzjonali li jeskludi, f’sitwazzjoni bħal dik inwistjoni fil-kawża prinċipali, l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent mid-dritt li jipparteċipaw, bħala parti fil-proċedura, f’proċedura għal awtorizzazzjoni intiża sabiex timplementa d-Direttiva 2000/60 u li tillimita d-dritt għal azzjoni legali sabiex jiġu kkontestati deċiżjonijiet li rriżultaw minn tali proċedura għal persuni li għandhom din il-kwalità biss.

3)

B’riżerva għal verifika mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi nazzjonali rilevanti, l-Artikolu 9(3) u (4) tal-imsemmija konvenzjoni approvata bid-Deċiżjoni 2005/370, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-impożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent ta’ regola tad-dritt proċedurali nazzjonali ta’ dekadenza, li permezz tagħha persuna titlef il-kwalità ta’ parti fil-proċedura u għaldaqstant ma tkunx tista tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni li tirriżulta wara din il-proċedura jekk hija tkun naqset milli tissottometti l-oġġezzjonijiet tagħha fi żmien xieraq sa mill-proċedura amministrattiva u, sa mhux iktar tard minn matul il-fażi orali ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.