21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

(Kawża C-610/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċett - Pjattaforma ta’ qsim online - Qsim ta’ fajls protetti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur))

(2017/C 277/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting Brein

Konvenuti: Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.