12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera – Spanja) – Banco Santander, SA vs Cristobalina Sánchez López

(Kawża C-598/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Setgħat tal-qorti nazzjonali - Effettività tal-protezzjoni rikonoxxuta lill-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja - Proċedura ġudizzjarja ssemplifikata ta’ rikonoxximent tad-drittijiet in rem tal-aġġudikatur)

(2018/C 052/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Santander, SA

Konvenut: Cristobalina Sánchez López

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ma jistgħux jiġu applikati għal proċedura bħal dik inkwisjoni fil-kawża prinċipali, mibdija mill-aġġudikatur ta’ beni immobbli wara eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja mogħtija fuq dan il-beni minn konsumatur għall-benefiċċju ta’ kreditur bejjiegħ jew fornitur li għandu bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet in rem legalment akkwistati minn dan l-aġġudikatur, sa fejn, minn naħa, din il-proċedura hija indipendenti mir-relazzjoni legali li torbot il-kreditur bejjiegħ jew fornitur mal-konsumatur u, min-naħa l-oħra, il-garanzija ipotekarja ġiet eżegwita, il-beni immobbli nbiegħ u d-drittijiet in rem marbutin magħha ġew trasferiti mingħajr ma l-konsumatur għamel użu mill-mezzi legali previsti f’dan il-kuntest.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.