21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales) Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

(Kawża C-591/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 355(3) TFUE - Status ta’ Ġibiltà - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà))

(2017/C 277/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales) Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

Dispożittiv

L-Artikolu 355(3) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn operaturi stabbiliti f’Ġibiltà lil persuni stabbiliti fir-Renju Unit tikkostitwixxi, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati għal ħdan Stat Membru wieħed.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.