13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Alexios Anagnostakis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-589/15 P) (1)

((Appell - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposta leġiżlattiva dwar it-tneħħija tad-dejn pubbliku għall-Istati Membri fi stat ta’ neċessità - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Rifjut tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 122 TFUE - Artikolu 136 TFUE - Ksur))

(2017/C 382/10)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Alexios Anagnostakis (rappreżentanti: A. Anagnostakis, dikigoros, F. Moyse, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u H. Krämer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alexios Anagnostakis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 11.01.2016