13.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra Gerrit van Vemde

(Kawża C-582/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 28 - Dispożizzjoni tranżitorja - Kunċett ta’ “għoti ta’ sentenza finali”))

(2017/C 078/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Gerrit van Vemde

fil-preżenza ta’: Openbaar Ministerie

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri biss is-sentenzi li saru res judicata qabel id-data indikata mill-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 27, 25.01.2016.