8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – État belge vs Oxycure Belgium SA

(Kawża C-573/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(2) - Punti (3) u (4) tal-Anness III - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Trattament mediku bl-ossiġnu - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Tankijiet tal-ossiġnu - Rata normali ta’ VAT - Konċentraturi ta’ ossiġnu))

(2017/C 144/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Oxycure Belgium SA

Dispożittiv

L-Artikolu 98(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-punti (3) u (4) tal-Anness III ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li r-rata normali ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tapplika għall-kunsinna jew għall-kiri ta’ konċentraturi tal-ossiġnu, minkejja li din il-leġiżlazzjoni tipprovdi rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-kunsinna ta’ tankijiet tal-ossiġnu.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.